Tissemma L-Possibbiltà Li R-Russja Titħalla Tipparteċipa Fit-Tazza Tad-Dinja Ta’ Ġunju Li Ġej

Il-President ta’ FIFA, l-assoċjazzjoni internazzjonali responsabbli sabiex kull 4 snin torganizza t-Tazza tad-Dinja, saħaq li fil-fehma tiegħu r-Russja għandha terġa’ titħalla tipparteċipa f’dan il-kampjonat dinji tal-futbol li mistenni jseħħ f’Ġunju li ġej.

Sostna li d-deċiżjoni li ttieħdet fi Frar tal-2022 sabiex ir-Russja tiġi pprojbita milli tieħu sehem f’kull kompetizzjoni internazzjonali fl-isfond tal-gwerra tal-Ukrajna ma ħalliet l-ebda frott.

Saħaq li minflok din id-deċiżjoni “kompliet tinstiga iżjed mibegħda u frustrazzjoni”.

Intant, id-diskors tal-President ta’ FIFA reġa’ instiga dibattitu dwar il-parteċipazzjoni tar-Russja f’kompetizzjonijiet internazzjonali bħat-Tazza tad-Dinja.

Intom x’taħsbu?







Ritratti:

ChatGPT u X / TASS

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI