Tista' Tgħid Li Sibna S-Soluzzjoni Għal Kull Tip Ta' Uġigħ – Skopri X'Inhi!

Mhux faċli li ta’ kuljum tgħix b’xi tip jew ieħor ta’ uġigħ. Tispiċċa battalja kontinwa mal-ħajja iżda grazzi għall-aħħar teknoloġija u studju fis-suq, Amrita tista’ tgħid li sabu s-soluzzjoni li ħafna nies jistgħu jgawdu minnha.

Xi jfisser eżatt meta ġisimna jħoss xi tip ta’ uġigħ? Meta nħossu l-uġigħ, ikun ifisser li ġisimna qiegħed jipprova jwissina li hemm xi ħaġa mhix sew u li hemm bżonn naraw x’mhux jiffunzjona sew.





Ħafna minna, nieħdu l-mediċina biex immewtu l-uġigħ, iżda ma nirrealizzawx li meta nagħmlu nkunu qegħdin nagħmlu ħsara kbira. Tajjeb li tkunu tafu meta wieħed iżur Amrita, huma ħa jfittxu li jsolvu l-kawża tal-problema u mhux biss is-sintomi. Il-podjatra tagħhom tagħmel eżaminazzjoni kompluta u jieħdu scan ukoll tas-saqajn biex imbgħad ikunu jistgħu jiġu mfassla s-suletti. Suletti perfetti għalik.

Il-qagħda tal-persuna tiġi rranġata b’par suletti li jkunu magħmula apposta biex il-ġisem jiffunzjona kif suppost. Il-pressa tas-saqajn tinfirex, u l-ġogi ma jibqgħux ikripati u b’hekk ikun hemm aktar stabilitá u kumditá. Dan ifisser li l-uġigħ qed eliminat u l-iskumditá li jista’ jkun hemm tibda tgħib bil-mod.



Li mhux dejjem nirrealizzaw hu li ħafna mill-uġigħ jista’ jkun ġej mill-qagħda ħażina tal-ġisem. Problemi bħall-uġigħ fl-irkoppa, uġigħ fid-dahar u fil-ġenbejn, uġigħ fl-aksa u fil-qiegħ tas-saqajn, u problemi bħal plantarfasciitis, shin splints, metatarsalgia, u saqajn ċatti jistgħu jiġu solvuti b’par suletti. Dawn is-suletti, jistgħu jintlibsu faċilment minn żarbun għall-ieħor.

L-ortotista tista’ tagħżel minn ħafna materjali differenti biex tfassal par suletti waqt li tieħu kunsiderazzjoni il-dijanjosi tal-podjatra, il-piz u l-età, l-istil ta’ ħajja, it-tip ta’ żarbun u x-xogħol tal-persuna.

Aħna nħeġġukom li żżuru Amrita u tagħmlu użu mis-servizzi tagħhom. Żjara għandhom tista’ ssolvi l-problemi li taf ilhom hemm snin twal. Amrita Footcare & Wellness Centre, mgħammra bl-aktar teknoloġija avvanzata u professjonisti ddedikati għas-saħħa tal-pazjenti u l-klijenti tagħhom.

Dawk li jixtiequ jagħmlu kuntatt magħhom għal appuntament jew ieħor, jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu fuq 2122 3665 jew 7922 3665.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI