Carmelo Cassar huwa Malti li jinsab fuq siġġu tar-roti, minħabba li qed ibati minn kundizzjoni magħrufa bħala Beckers Muscular Dystrophy. Hu wasal fi stat fejn ikollu jirrikorri għall-għajnuna tal-pubbliku minħabba li dak li jistgħu joffrulu l-NGOs u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu mhumiex biżżejjed.
“Sfortunatament l-affarijiet mhumix daqshekk faċli għax kieku mhux nitlob l-għajnuna tagħkom. Jiena raġel ta’ 54 sena miżżewweġ persuna b’diżabilita fil-wheelchair inbati bil-marda tal-Beckers Muscular Dystrophy u qatt ma qtajt qalbi li nkun indipendenti.”
Il-kundizzjoni fl-aħħar snin speċjalment minn wara l-pandemija marret lura, u qiegħed jiddependi kollox minn familtu. Minħabba li idejh iddgħajjfu, ma jistax isuq.”
“Pruvajt nimmodifika l-karozza li għandi imma qaluli ma tistax timmodifika biex nidħol bil-wheelchair u nkompli nsuq mill-wheelchair għax ma tistax timmodifika jekk ma jkollix wiesgħa u għoli biżżejjed. Ġietni opportunita li nixtri vann li nista’ nsuqu jien bil-joystick għax sidu miet u l-familjari tiegħu jridu ibiegħuh għadu kważi ġdid.”
Carmelo jkompli, “Jekk il-familjari tiegħu jagħtuni permess li nsemmih ngħidilkom min hu. Biex ma ntawwalx dan il-vann kien xtrah iktar minn €150,000 għax fih ħafna teknoloġija li tiswa ħafna flus u huma jridu €100,000 tiegħu.”
Kieku kellu jmur għal vann ġdid, ser jiswielu ħafna aktar minn hekk. “Kieku għandi biex nixtrih kont naqbad u nixtrih u ma’ kontx nerġa nitlob l-għajnuna, imma lanqas jekk naħdem għomri kollu ma’ jirnexxilix infaddalhom u loan ma’ nistax nerġa nieħu.”
Carmel ikompli l-appell tiegħu, “Jekk jogħġobkom tistgħaw tgħajnuni niġbor fondi għal dan il-vann biex nerġa nkun indipendenti w nkompli ngawdi l-familja għax lanqas noħroġ ma’ jien qiegħed jekk mhux għal bżonn biss u lanqas għax xogħol ma’ qiegħed immur għax qiegħed bi sick leave w aktarx anke mix-xogħol ser ikolli nitlaq u noħroġ boarded out jekk ma’ nsibx xogħol ieħor li jħaddmuni remote working mid-dar.”
Kull min jixtieq jagħti l-għajnuna tiegħu, anke qatra, jista’ jibgħat permezz tal-BOV mobile to mobile jew Revolut fuq 9989 8280 jew Revolut. Carmel jirringrazzjak bil-quddiem.