Andrew Sciberras, iben l-imħallef Philip Sciberras ħabbar il-mewt ta’ missieru fuq il-mezzi soċjali. Huwa kiteb, “Huwa b’sogħba kbira li nħabbru t-telfa tal-għażiż missierna u r-raġel maħbub tagħna Philip Sciberras wara battalja twila ma’ marda terminali. Il-papà miet seren imdawwar mill-familja tiegħu.”
Hu jżid, “Illum mhux biss tlifna l-għażiż missier ġentili tagħna, li l-memorji tiegħu se ngħożżu għal dejjem, iżda wkoll ġgant, li wera l-pajjiż u l-professjoni li tant iħobb bl-għarfien u l-għerf profondi tiegħu fil-liġi u l-letteratura. L-għarfien tiegħu kien bla limitu.”
Hu jkompli, “Il-papà sfortunatament mhux se jkun magħna biex iniedi l-ewwel volum tas-sensiela l-ġdida tiegħu, ‘L-Alfabett tal- Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili’, li għalih tant kien jistenna bil-ħerqa, iżda nserrħu rasni mill-fatt li issa qiegħed fil-paċi u fil-verità profonda li l-wirt tiegħu se jgħix għas-snin u l-għexieren ta’ snin li ġejjin.”
Hu jtemm, “Ciao pops, u grazzi ta’ kollox.” F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari u ħbieb kollha tiegħu.
Facebook / Andrew Sciberras