L-ammiraturi tal-Apple bħalissa żgur jinsabu eċitati għal-iPhone l-ġdid hekk kif ġiet żvelat id-data li x’aktarx ser joħroġ l-mudell il-ġdid! Apple ilhom mill-2012 joħorġu l-iPhones ġodda f’dan ix-xahar u sintendi din is-sena wkoll! Skont il-ġurnali, fl-10 ta’ Settembru ser jiġi żvelat iPhone 11 jew iPhone Pro jew inkella iPhone Xl.
X’jista’ jkollu ġdid?
- X’aktarx ser ikollu triple-lens biex jikkompetu mas-Samsung! B’din il-lenti, l-utenti jistgħu jieħdu ritratti b’ultra-wide-angle!
- Qed jintqal ukoll li ser ikun possibli li tiċċarġja l-aċċessorji tal-iPhone (bħal Apple Watch u Airpods) mad-dar tal-mowbajl.
- Ċippa ġdida li tgħin il-mowbajl jkun aktar fast.
F’din id-data nkunu nafu meta ser joħroġ il-verżjoni l-ġdida tas-sistema tal-mowbajl L-iOS13.
Int wieħed/waħda iffissat/a fuq l-Apple?

Ritratt minn apple.com