"Tkellmu Mill-Ewwel Qabel Ma Jkun Tard Wisq" – Pauline Vassallo Taqsam L-Esperjenza Tagħha Waqt Il-Programm Ta' Ivan Gaffiero

Waqt il-programm ta’ Ivan Gaffiero kienu mistednin żewġ persuni li qasmu l-esperjenza tagħhom biex jistgħu jgħinu lil ħaddieħor li għaddej minn mumenti iebsin, Christina DeBattista u Pauline Vassallo.

Pauline kitbet fuq il-profil tagħha ta’ Facebook biex tagħmel kuraġġ lil min forsi jeħtieġ l-appoġġ biex qatt ma jaqta’ qalbu. Waqt li tirringrazzja lil Ivan Gaffiero tal-ispazju li jagħti biex wieħed jaqsam l-esperjenzi tiegħu, għamlet kuraġġ lin-nies.

“Tkellimna lbieraħ u missejna ħafna qlub! Qlub li ma jistgħux jieqfu jibku. Kuraġġ lil kulħadd. Iebsa vera, imma l-ewwel pass irid jiġi minnkom ħbieb. Tħossu xi ħaġa… tkellmu mill-ewwel qabel ma jkun tard wisq.”

Segwi l-intervista sħiħa fuq il-programm HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI