“Tkun Kemm Tkun Diffiċli L-Ġurnata Narahom Hekk U Ninsa Kollox” – Sefora Aquilina

Sefora Aquilina, ta’ Diegoandus, mill-pjattaforma tagħha taqsam dan ir-ritratt ħlejju ta’ wliedha u titkellem dwar l-imħabba ġenwina li jinħabbu biha. 

“Għajjejt niflih dan ir-ritratt… Kultant niddubita lili nnifsi jekk inhiex tajba biżżejjed għall-ġmiel ta’ tfal li l-Mulej premjani bihom. 
Kultant jiddispjaċini meta nirrealizza li nkun żbaljajt magħhom. Forsi għajjat iżżejjed, forsi kont nervuża wisq, forsi ma rnexxilix nagħtihom ħin biżżejjed. 
Imma mbagħad narahom hekk mgħannqin u ngħid ara, jekk ma jien ngħallimhom xejn dat-tfal, żgur li qed ngħallimhom l-imħabba. 
U xi ġmiel ta mħabba! Għaxar snin ‘il bogħod min xulxin, demm differenti, imma qalbhom hija waħda.  Diego jfiitex lill Giulia għal wens u Giulia donnha diġa’ tifhem xi rwol se jkollha f ħajjet Diego. Donnha diġa’ qed turih li jista jistkenn taħt ġwinħajha ħalli tieħu ħsiebu. 
Tkun kemm tkun diffiċli l-ġurnata, narahom hekk u ninsa kollox.”

Prosit Sefora tat-trobbija sabiħa li qed tgħaddi lil dawn it-tfal! 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI