“Tkun Xi Tkun Li Tippreżentalek Il-Ħajja, Pjaċiri Jew Problemi, Avviċinahom Bi Grazzja” – Clare Agius

Il-preżentatriċi Clare Agius hi magħrufa ħafna għall- pariri u stejjer personali li tħobb tiżvela lis-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali. Din id-darba hi tkellmet dwar kif wieħed jaffaċja t-tlajja’ u l-inżul tal-ħajja. 

“Tkun xi tkun li tippreżentalek il-ħajja; pjaċiri jew problemi, avviċinahom bi grazzja,” bdiet hi. “Għalija ‘grazzja’ hija li tkun onesta miegħek innifsek, li ma tagħmilx xi ħaġa tidher akbar jew iżgħar milli fil-fatt hi.” 





Clare kompliet billi qalet: “Dawn il-prinċipji kibru fuqi, mhux dejjem rajthom b’dan il-mod imma jien evolvejt meta ltqajt ma’ nies li ammirajt l-enerġija tagħhom, li l-mod ta’ kif jaffaċjaw il-ħajja influwenzatni. Jien grata lejn kull wieħed u waħda minnhom anke jekk il-biċċa l-kbira m’għadhomx preżenti f’ħajti, imma kienu l-għalliema tiegħi kollha u permezz tagħhom jien dak li jien.”

Int ġieli ispirajt ruħek minn xi ħadd li jkun affaċċja l-ħajja b’ċertu mod? 

Facebook/Clare Agius



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI