Il-preżentatur tar-radju, il-Profs Andrew Azzopardi, qasam ritratt tiegħu u ta’ martu Sue fuq il-mezzi soċjali hekk kif qed jiċċelebraw it-30 sena anniversarju minn meta qalu s-signor si.
Bla dubju li dan hu jum memorabbli għall-koppja, meta bdew il-ħajja miżżewġa flimkien. “Tletin sena tondi, tondi mas-Sue,” jikteb Andrew. Bosta kkummentawlhom biex jagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom għall-anniversarju.
Awguri minn qalbna Andrew u Sue! Nixtiqulkom ħafna aktar snin ta’ saħħa, hena, imħabba u ħafna affarijiet sbieħ!
Facebook/ Andrew Azzopardi