“Tlettax-Il Sena Taru Bħar-Riħ… L-Ispirtu Tiegħek Għadu Jidwi Fostna Għażiż Ħija” – Ivan Grech

Il-kantant lokali Ivan Grech sellem il-memorja ta’ raġel li jfisser ħafna għalih, Steve Caruana Smith, magħruf bħala SERP. Permezz ta’ messaġġ emozzjonali fuq il-paġna tiegħu, Ivan fetaħ qalbu dwar kemm ifisser għalih Steve minkejja li għaddew tlettax-il sena minn meta ħalla din id-dinja.

Hu kitiblu, “Tlettax-il sena taru bħar-riħ... l-ispirtu tiegħek għadu jidwi fostna għażiż ħija... Fi ħsibijietna, fit-talb tagħna, il-kanzunetti tagħna, qlubna, fit-tbissim tagħna... L-ispirtu tiegħek għadu ħaj, f’dawk kollha qrib tiegħek, fina u f’dawk kollha li kienu jafuk.”

Ippubblika wkoll tliet ritratti gustużi tagħhom flimkien. Il-firda qatt mhi faċli iżda m’għandniex dubju li qed jieħu ħsiebu minn fejn il-missier.

Inżommuh fit-talb tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.

Facebook / Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI