“Tliet Żgħażagħ 14-Il Sena Ilu Ġew Ordnati Saċerdoti… Kien Hemm L-Għażiż Kuġin Tiegħi Dun René.” Il-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia

Il-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia, ifakkar jum importanti fejn ġew ordnati numru ta’ saċerdoti. Hu inzerta kien preżenti għax kien hemm ħbieb tiegħu li kienu se jibdew dan il-vjaġġ, iżda mhux biss, magħhom kien hemm il-maħbub Dun René li jiġi kuġin ta’ Jerome. Dun René kien maħbub immens, sfortunatament hu kien tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku.





Jerome jikteb, “Tliet żgħażagħ 14-il sena ilu ġew ordnati saċerdoti. Kien il-Ħadd 3 ta’ Lulju u b’kollox ġew ordnati 12-il saċerdot. Kont preżenti minħabba li huma ħbieb tiegħi, imma speċjalment minħabba li kien hemm l-għażiż kuġin tiegħi René A. Cilia – Dun René.”

Hu jżid, “Ad multos annos lill-bqija tas-saċerdoti, partikolarment lil Dun Nicholas Dimech, mis-Siġġiewi u serva f’Ħal Qormi u lil Qormi l-ħabib tiegħi Dun Andrew Galea. Awguri wkoll lil Kan. Dun Ewkarist Zammit mis-Siġġiewi u li qed iservi bħala Arcipriet tal-Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi u lil Kan. Dun Renò Muscat, ħabib ġenwin tiegħi. Grazzi tas-servizz tagħkom fostna l-Qriema. Ad multos annos.”

Facebook / Jerome Caruana Cilia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI