Keenan, Daiana u Daniel huma t-tliet parteċipanti li l-inqas ġew ivvutati minn nies hemm barra u b’hekk jinsabu f’riskju li l-avventura tagħhom fil-villa tintemm. Ma nafux x’se jkun qed jiġri, hekk kif id-diriġenti tal-programm ħallew lil kulħadd bil-kurżita iżda ċertament li dan ir-riżultat ma tantx jawgura tajjeb fuq dawn it-tliet parteċipanti.
Daiana minkejja li daħlet bħala bombshell ma tantx ħalliet impatt u jidher li s’issa diffiċli li ssib l-imħabba. Il-karattru kontroversjali ta’ Daniel mhux daqstant qed jinżel tajjeb man-nies u ħafna qed jarawh moħħu biex jiġri minn tfajla għall-oħra, ovvjament din hi perċezzjoni minn dak li qed jidher hawn barra. Mill-banda l-oħra Keenan, għalkemm jidher li sab konnessjoni, forsi hemm min jemmen li mhux daqstant reali jew li forsi mhux iħalli l-impatt li wieħed jista’ li jħalli u b’hekk qed jintesa.
Ikollkom iċ-ċans li telliminaw lil xi ħadd minn dawn it-tlieta, min ikun? Għidulna fil-kummenti fuq il-paġna tagħna ta’ Facebookl!
Facebook / Love Island Malta