Kemm hu sabiħ li nisimgħu b’tant ħlejjaq innoċenti li jsibu familja ġdida li toffrilhom imħabba u ħarsien. Huwa ammirevoli kemm hawn individwi li jkunu lesti jagħtu ħajja ġdida lill-annimali fis-santwarji.
Il-paġna Animal Welfare Gozo ħabbru kif fortunatament Britney wkoll ingħaqdet ma’ familja. Huma jiktbu, “Tmiem feliċi għas-sabiħa tagħna Britney, li sabet il-familja pefetta.”
Nawguraw lil Britney ħajja mimlija hena, mħabba u ħafna affarijiet sbieħ!