Gloria Steinem, Ġurnalista, kittieba u attivistia Amerikana li għan numru ta’ snin kienet fost l-aktar vuċijiet prominenti fil-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa, mietet fl-età ta’ 92 sena. Steinem mietet fid-dar tagħha fi New York nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Settembru u l-kawża tal-mewt tagħha għadha ma ġietx ikkonfermata.
Qabel ma saret magħrufa għall-attiviżmu, Steinem kienet diġà bniet karriera fil-ġurnaliżmu. Fl-1963 kisbet attenzjoni kbira permezz ta’ investigazzjoni fejn ħadmet bil-moħbi bħala “Playboy Bunny” sabiex tikxef il-kundizzjonijiet li fihom kienu jaħdmu n-nisa.
Tul ħajjitha ngħatat diversi unuri għall-ħidma tagħha. Fl-2013, il-President Amerikan ta’ dak iż-żmien Barack Obama taha l-Presidential Medal of Freedom, l-ogħla unur ċivili fl-Istati Uniti.
Tistrieħ fis-sliem.