Brandon Conrad Caruana Ġie Rrappurtat Nieqes Lill-Pulizija – Deher L-Aħħar F’Ħal Safi

Għal darb’ oħra, l-Pulizija ta’ Malta talbu l-għajnuna tal-publiku wara li raġel ġie rrapurtat nieqes. Brandon Conrad Caruana deher l-aħħar f’Ħal Safi.

Huma qalu, “Brandon Conrad Caruana, raġel ta’ 40 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Huwa deher l-aħħar f’Ħal Safi u kien liebes flokk aħmar u qalziet iswed.”

Żiedu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”

Nittamaw li jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid malajr u li jinstab qawwi u sħiħ.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI