Toħroġ Il-Kanzunetta ‘Blue Bird’ Li Biha Beppe Se Jirrappreżenta Lil Malta Fil-Junior Eurovision 2026

Inħarġet il-kanzunetta li biha Beppe, kantant ta’ 11-il sena, se jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2026. Il-kanzunetta jisimha ‘Blue Bird’ li fiha l-messaġġ ta’ kif napprezzaw u nsibu s-sabiħ fl-affarijiet sempliċi u fin-natura.

Il-music video tal-kanzunetta se joħroġ aktar tard illum waranofsinhar fil-17:00. Il-kompożituri ta’ ‘Blue Bird’ huma Matt Blxck, Muxu u Matthew James, li flimkien ma’ Beppe kitbu l-kanzunetta.

Il-Junior Eurovision Song Contest 2026 se jsir f’pajjiżna stess nhar is-Sibt 24 t’Ottubru fl-MFCC Ta’ Qali.

Ritratti:

TVMnews

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI