Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna qasam messaġġ mill-isbaħ lil martu proprju fl-okkażjoni t’għeluq sninha.
Qal, "Dik il-persuna li għażilt li nqatta’ ħajti magħha u li flimkien nibnu familja, hija l-persuna li mxiet miegħi kemm fit-tlajja kif ukoll fl-inżul. Inħobbha għax hija imperfetta. U kieku saħansitra saqajja jifilħu jduru d-dinja kollha, żgur li ma nsibx oħra bħalha."
Żied, "Hija dik il-persuna li ġġiegħelni nħossni sigur f’kull ċirkustanza. Qalb tajba, ġenwina u kapaċi ferm iżżommli r-riedni u żżommli saqajja t-tnejn mal-art. Angela għażlet lili meta jien ma kont xejn u ma kont ħadd, u din tfisser ħafna għalija."
Qal ukoll, "Illum tiċċelebra għeluq sninha, u minn qiegħ qalbi nixtieq nawguralha l-isbaħ xewqat u nirringrazzjaha ta’ kollox. Jien, Declan, Aidan u s-Suki nħobbuk ħafna. Għeluq is-sena t-tajjeb, Ang."
Awguri minn qalbna!
Oliver Scicluna