“16-Il Sena Ta’ Ġenn Tal-Ġenn … Għal Kemm Jista’ Jkun Aktar” – Daniel Cauchi

Illum huwa jum speċjali għall-mużiċist Daniel Cauchi u għal martu Christina hekk kif qed jiċċelebraw jum l-anniversarju flimkien, 16-il sena mimlija mħabba.

Fil-messaġġ tiegħu hu qal, “16-il sena ta’ ġenn tal-ġenn! Għal kemm jista’ jkun aktar.”

Daniel Cauchi mhux wiċċ ġdid fix-xena lokali. Huwa l-fundatur ta’ Big Band Brothers li ilhom fix-xena mużikali aktar minn 21 sena fejn magħhom kemm idoqq kif ukoll ikanta. Fl-2026 ipparteċipa f’Mużika Mużika bil-kanzunetta Niftakarna fejn ġie fit-tieni post. Fl-istess serata rebah ukoll Il-premju għall-Aħjar Interpretazzjoni. Riċentament ħareġ ukoll il-kanzunetta Ħallih Iħabbat flimkien ma’ Maria Bellia,

Nawguraw lil Daniel u Christina aktar snin sbieħ flimkien!

Ritratti:

Christina Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI