“Toqogħdux Tikkonfondu Kif Se Jġibu Ruħhom It-Tfal Tagħkom. Ħalluhom Fil-Libertà. Din Il-Quddiesa Se Tkun Apposta Għalihom Ukoll.” – Josette Frendo

Smiling with Jerome

Ġie ppubblikat appell għall-ġenituri minn Josette Frendo, omm Jerome, iż-żagħżugħ li wara li ħalla din id-dinja, oriġinat Simling with Jerome. L-appell jagħmel kuraġġ lill-ġenituri kollha biex jieħdu lil uliedhom għal quddiesa apposta għat-tfal kollha.

Josette tikteb, “Spiss ikollna ġenituri li ma jkunux jistgħu imorru jisimgħu l-quddiesa minħabba li t-tfal tagħhom jagħmlu xi ftit tal-istorbju jew jiċċaqalqu. Jew minħabba l-kundizzjoni tagħhom, jew minħabba d-diżabbiltà jew għal xi raġuni oħra. Se norganizzaw quddiesa apposta għalhekk.”

Din hi quddiesa ta’ ringrazzjament għas-sena li għaddiet, u fl-istess ħin nitolbu ġid u mħabba għas-sena li ġejja.

“Toqogħdux tikkonfondu kif se jġibu ruħhom it-tfal tagħkom. Ħalluhom fil-libertà. Din il-quddiesa se tkun apposta għalihom ukoll.”

Ser issir nhar is-27 ta’ Diċembru fl-16:00 ġewwa St Michael’s Hospice, Santa Venera.

“Il-quddiesa ser tkun animata mis-Sorijiet Agostinjani. Is-Saċerdot ser ikun Fr Martin Micallef (mid-Dar tal-Providenza). Jekk hu possibbli, min jixtieq li jattendi jikteb ismu hawnhekk u kemm ġejjin nies.”







Ritratti:

Facebook/ Smiling with Jerome

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI