LESA ħarġet twissija pubblika dwar messaġġ scam li qed jintbagħat lil diversi persuni dwar allegati “multi tat-traffiku”.
L-awtorità spjegat li dan il-messaġġ huwa falz u għandu l-għan li jisraq informazzjoni personali jew flus mingħand min jirċevih.
Fil-messaġġ tagħhom, LESA appellaw biex il-pubbliku ma jagħfasx fuq il-ħolqa suspettuża, ma jweġibx bil-“1” u qatt ma jagħti dettalji personali jew bankarji.
L-awtorità nnutat ukoll li l-messaġġ scam oriġinali huwa itwal minn dak li jidher fir-ritratt li ppubblikaw huma fuq il-paġna. Huma fakkru li awtoritajiet uffiċjali qatt ma jibagħtu ħolqiet suspettużi minn numri barranin.
LESA fakkret li s-sit uffiċjali tagħha hu les.gov.mt u ħeġġet lil kull min jirċievi messaġġ bħal dan biex iħassru immedjatament u jirrapportah bħala spam.
Fl-aħħar tal-appell tagħha, LESA ħeġġet lill-pubbliku biex jaqsam din it-twissija sabiex aktar persuni jkunu konxji minn dan l-attentat ta’ frodi.
Facebook/ LESA