Il-psikoloġista Dr.Nicholas Briffa jħalli dan il-messaġġ dwar kif il-passat jista’ jaffetwa l-imgħoddi. Il-passat jista’ jkompli jħalli impatt fuq il-preżent. Traġedja jew trauma li ma ġietx elenkata u pproċessata ma tisparixxix waħedha maż-żmien. Tista’ tibqa’ siekta dwarha, iżda xorta taffettwa kif naħsbu, nesperjenzaw l-emozzjonijiet u ninteraġixxu ma’ oħrajn.
Xi drabi, it-trauma tidher bħala ansjetà li ma tħallikx bi kwietek, rabja li tiżvolġi mingħajr kawża, jew diffikultà biex tafda u tiftaħ qalbek. Il-pass inizjali biex tikkonfronta dan il-piż huwa li tirrikonosciha. Meta nagħtu isem u nidentifikaw dak li għaddejna minnu, nistgħu nibdew nifhmu u nintegraw l-esperjenza fil-ħajja tagħna mingħajr ma tiddetermina jew tikkontrolla lilna.
“Trawma li ma tkunx ġiet ipproċessata ma tisparixxix maż-żmien. Tista’ tibqa’ siekta, imma xorta tkompli tinfluwenza l-mod kif naħsbu, kif nesperjenzaw l-emozzjonijiet u kif nirrelataw ma’ ħaddieħor. Xi kultant it-trawma timmanifesta lilha nnifisha f’ansjetà li ma tħallikx bi kwietek, jew f’rabja li tiżviluppa mix-xejn u issir vulkan, jew fid-diffikultà li tafda jew li tiftaħ qalbek tassew. Li tagħraf li hemm dan il-piż huwa l-ewwel pass biex tkisser dan iċ-ċiklu inviżibbli. Huwa biss meta nagħtu isem lil dak li għaddejna minnu li nistgħu nibdew nifhmuh u nintegrawh fl-istorja tagħna, mingħajr ma nħalluh jiddefinina u jikkmandana.”