“Trid Tagħżel Lil Xi Ħadd Li Tħoss Li Bnejt Konnessjoni Miegħu/Magħha” – Messaġġ Għal Anthea U Nathan Fuq Love Island

Hekk kif toħroġ l-ewwel ħarsa ta’ x’se jiġri fuq l-episodju tal-lejla ta’ Love Island, jidher li mhux kollox ward u żahar fil-villa tal-imħabba. Il-filmat jibda b’ħafna tensjoni bejn il-koppji u anke t-tfajliet bejniethom. Evie tibki f’idejn Carmen filwaqt li Keenan jgħid lil Alessia li l-fatt li kellha l-polz għoli l-iktar għal Jean m’għoġbitux.

Fl-aħħar tal-filmat jidhru l-parteċipanti mal-firepit hekk kif il-bombshells Anthea u Nathan jirċievu messaġġ li jista’ jbiddel kollox. “Trid tagħżel lil xi ħadd li tħoss li bnejt konnessjoni miegħu/magħha” jgħidu huma hekk kif jaqraw il-messaġġ li rċevew.

Jagħżlu lil min jagħżlu l-bombshells, żewġ koppji se jkollhom jinfirdu kontra qalbhom żgur għaliex bħalissa jidher li fil-villa kulħadd qiegħed f’koppja b’konnessjoni ta’ mħabba. Taħsbu li min jintgħażel jibqa’ leali jew jieħu grazzja mal-bombshell?

Instagram / @loveisland_malta







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI