"Trid Tkun Ferħan Int Stess U Dan L-Aħħar Xahrejn Ma Kontx Ferħan" – Il-Kaboċċ Dwar Ir-Raġuni Li Mhux Itella' Filmati

Tul il-pandemija, il-Kaboċċ u ommu tista’ tgħid li saru ferm popolari u żammew tant u tant nies ferħana u bi tbissima fuq fommhom. Dawk li jsegwuhom innutaw li tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, il-Kaboċċ waqaf itella’ filmat li jnisslu tbissima.





Fuq il-grupp pubbliku li l-Kaboċċ għandu hu ta r-raġuni għala kien ftit kwiet tul dawn l-aħħar jiem, “Qed nirċievi ħafna messaġġi jgħiduli biex nagħmel iżjed videos max-xwejħa eċċ… eċċ… għax konna nferrħukom. Imma l-ħaġa hi li biex tagħmel videos tajba u tferraħ in-nies l-ewwel trid tkun ferħan int stess u dan l-aħħar xahrejn ma kontx ferħan. Għalhekk ngħidilkom tuni ċans. Jasal żmien li nerġgħu nagħmlu l-videos u li nidħku flimkien, tinkwetawx. Inħobbkom ilkoll.”



Aħna f’isem Gwida.mt, ngħidu lill-Kaboċċ jagħmel kuraġġ. Hi x’inhi s-sitwazzjoni li għaddej minna, jħares ‘il quddiem għax għada jisbaħ jum ġdid u dejjem iżomm pożittiv. Kuraġġ!

Facebook / Christopher Il Kabocc

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI