B’ferħ kbir, il-paġna St Julian’s Malta ħabbret fuq il-mezzi soċjali li se tkun qed tissemma triq għall-mibki Karl Gouder.
Fuq il-paġna kitbu, “Aħbar sabiħa wara li tħabbar li talba li saret mill-Kunsill Lokali San Ġiljan sabiex triq f’San Ġiljan tissemma għall-eks Sindku Karl Gouder ġiet uffiċjalment aċċettata. Karl Gouder jibqa’ magħruf għall-ġieħ u kontribut tiegħu fil-lokalita` ta’ San Ġiljan u fil-ħajja pubblika.”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti jfaħħru l-karattru ta’ Karl Gouder bħala raġel li jixraqlu dan il-ġest sabiħ għaliex kien ifisser ħafna għal ħafna nies.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.
Facebook / St Julian’s Malta