Fuq il-paġna uffiċjali Infrastructure Malta ġie mxerred avviż għas-sewwieqa rigward għeluq tat-toroq f’Ħaż-Żebbuġ.
“Notifika t’Għeluq Matul il-Lejl: Triq Luret Cutajar u Triq L. Garnier, Ħaż-Żebbuġ mit-Tnejn 30 ta’ Ġunju sal-Erbgħa 2 ta’ Lulju 2025, mill-16:00 ta’ wara nofsinhar sal-05:00 ta’ filgħodu. Raġuni għall-għeluq: xogħolijiet ta’ asfalt.”
Infrastructure Malta jitolbu lis-sewwieqa biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel, u jsegwu t-tabelli. Importanti li jsuqu bil-galbu.