Infrastructure Malta ħabbret aġġornament rigward il-Proġett Msida Creek Project. Waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet, ser tkun qed titnaqqas korsija minnhom.
“Infrastructure Malta tavża li mill-Ħamis 7 ta’ Awwissu sat-Tnejn 15 ta’ Settembru, Triq Mikiel Anton Vassalli lejn il-Belt Valletta se titnaqqas temporanjament għal korsija waħda minħabba xogħlijiet fuq il-flyover.”
Iħeġġu lis-sewwieqa biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel u jagħmlu użu minn rotot alternattivi. Jirringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni.