Turisti Jgħidu Li Qed Jiddejqu Bil-Ħafna Murtali Li Jiġu Sparati F'Pajjiżna – Intom X'Taħsbu?

Qamet diskussjoni fuq il-midja soċjali dwar l-isparar tal-murtali f’pajjiżna. Dan hekk kif xi turisti li jinsabu fuq btala f’Malta lmentaw li hemm bżonn li jitnaqqas dak li huma sejħulu “sparar eċċessiv ta’ murtali”.

Min-naħa ‘l oħra, diversi Maltin taw il-fehma tagħhom u fissru kif din hija parti mill-kultura Maltija u li minkejja li l-isparar tal-murtali jista’ jkun inkovenjenti għal uħud, huma saħqu li madankollu t-turisti għandhom jirrispettaw il-kultura ta’ pajjiżna.

Kien hemm ukoll xi turisti li fissru kif l-isparar ta’ dawn il-murtali jfakkarhom f’żminijiet xejn sbieħ li għaddew matul ħajjithom matul il-gwerra.

@morissaa RUN! #malta #valletta #malta🇲🇹 ♬ original sound – morissa

“Il-kultura Maltija nħobbha ferm imma ddejjaqt meta kelli bżonn ftit mistrieħ u lanqas biss stajt nagħlaq għajn m’għajn minħabba l-ħsejjes tal-murtali,” lmentat tfajla Marokkina f’kumment fuq il-midja.

@sdbrin why no one talks about this😭😭😭😭 #malta #summer #sliema #fireworks ♬ suono originale – sabrin.bnrkd

Intom x’taħsbu dwar dan?

Ritratti: Grands Suites, The Phoenicia u TikTok / @sdbrin







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI