Id-Dipartiment tal-Informazzjoni għadha kemm qasmet avviż mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel rigward tliet prodotti tar-ross.
It-twissija tgħid li m’għandhomx jinxtraw dawn il-prodotti minħabba preżenza ta’ pestiċida mhux awtorizzata, ossidu tal-etilen (Ethylene Oxide).
L-imsemmija prodotti huma dawn:
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Organic Brown Basmati Rice” |
| Ditta: | True Natural Goodness |
| Użin: | 1kg |
| Oriġini: | l-Indja / il-Pakistan |
| Numru tal-Lott: | 12668A |
| Data ta’ durabbiltà: | 23/12/2026 |

| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Organic Himalayan Basmati Brown Rice” |
| Ditta: | Biona Organic |
| Użin: | 500g |
| Numru tal-Lott: | 24022025 |
| Data ta’ durabbiltà: | 24.08.2026 |

| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Long Grain Parboiled Brown Rice” |
| Ditta: | Riso Scotti |
| Użin: | 1kg |
| Oriġini: | l-Italja |
| Numru tal-Lott: | 26034D |
| Data ta’ durabbiltà: | 04/28 |

Attenti! Ħudu nota dwar dan.