“Ix-Xahar Ta’ Lulju Mistenni Jibda Fuq Nota Friska. Jiffurmaw L-Għerejjex” – It-Temp Madwarna

Għalkemm għadna fil-bidu tas-sajf, qed nesperjenzaw sħana tremenda. Ironikament, pajjiżi bħal Franza u r-Renju Unit, għandhom temperaturi ferm għola minn tagħna bħalissa. Minkejja dan, jidher li se jkollna ċans nieħdu ftit tan-nifs hekk kif Lulju se jibda ftit aktar frisk.

Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tkellmet dwar dan. “Ix-xahar ta’ Lulju mistenni jibda fuq nota friska b’riħ fuq sod mill-Majjistral,” huma kitbu. “Jiffurmaw l-għerejjex fil-jiem li jsegwu.”

Ħafna kkummentaw li din hi aħbar tajba wara dawn il-jiem ta’ sħana kbira.

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI