“L-Anniversarju T-Tajjeb Lill-Koppja Favorita Tiegħi” – Denise Mintoff Lil Bintha Paula U Keith

Ilbieraħ kien l-anniversarju ta’ Paula u Keith Zammit Mintoff. Huma żżewġu fis-27 ta’ Ġunju tal-2021 u b’hekk għalqu 5 snin li qalu s-signor si. 



Omm Paula, il-prezentatriċi maħbuba Denise Mintoff, kitbet messaġġ mill-isbaħ fuq Facebook f’dan il-jum speċjali. “L-anniversarju t-tajjeb lill-koppja favorita tiegħi. Jalla l-imħabba tagħkom tissaħħaħ ma’ kull sena li tgħaddi.”

“Inħobbkom ħafna u Alla jberikkom illum u dejjem,” hi kompliet tgħid.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Paula u Keith.

Ritratti:

Facebook / Denise Mintoff

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI