Hekk kif qed ninnutaw tibdiliet fit-temp u fit-temperaturi fil-gżejjer Maltin, il-paġna Aġġornament tat-temp tat dettalji dwar dak li hu mistenni l-Ġimgħa li ġej, 14 ta’ Marzu.
“Twissija ta riħ qawwi ħafna forza 6, buffuri forza 7, u li jistgħu imissu forza 8 mix-xlokk nofsinhar. Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu,” tikteb il-paġna. Apparti minn hekk jagħtu indikazzjoni li l-qawwa tar-riħ ser tkun bejn il-05:00 u l-16:00.
Għada l-Ħamis 13 ta’ Marzu se jkollna temp imsaħħab b’riħ ħafif u varju.