Dis-Sena L-Caritas Se Terġa’ Torganizza L-Ikla Tal-Milied

Għat-12-il darba fl-istorja, il-Caritas se tkun qiegħda torganizza ikla tal-Milied ġewwa l-Kurja tal-Arċisqof. Bħas-snin preċidenti, din l-ikla se tkun qiegħda tilqa' lil dawk li jinsabu fis-solitudni jew m'għandhomx mezz sabiex jagħmlu ikla fil-ġurnata tal-Milied.

F'filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali, il-Caritas spjegat kif matul dawn l-aħħar 11-il sena li ilha torganizza din l-ikla, irnexxielha twaqqaf madwar 4,500 persuna milli jqattgħu il-25 ta' Diċembru waħedhom.

Għaldaqstant, għal sena oħra, il-Caritas qed tħeġġeġ lil dawk interessati li jattendu din l-ikla sabiex jagħmlu kuntatt billi jċemplu fuq 7955 5915, jibagħtu imejl fuq [email protected] jew inkella jibagħtulhom messaġġ fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook.

Xerrdu dan l-appell ħalli ħadd ma jqatta' l-Milied waħdu.

Ritratt:

Facebook / Caritas Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI