Sfortunatament, ħarġet l-aħbar li Nicolas Causin, ta’ biss 6 snin, ħalliena. Hu se jingħata l-aħħar tislima dalgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.
L-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Benedittu, għamlet stedina lill-ġenituri u lill-istudenti li xtaqu jsellmu lil Nicolas għall-aħħar darba sabiex jattendu għall-funeral tiegħu. Bħala ġest ta’ solidarjetà, rispett u tifkira, l-istudenti ġew mistiedna jilbsu l-uniformi tal-iskola.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-qraba u ħbieb.
Facebook / Talk news