Hekk kif dawk li kienu ħerqana għat-temp xitwi, kellhom wisq tama wara l-ftit xita tal-bieraħ filgħaxija, kollox tar mar-riħ hekk kif il-maltemp li kellu jolqot il-Gżejjer Maltin illum, mexa. Il-paġna tal-Facebook Aġġornament tat-Temp tkellmu dwar dan.
“Temp ftit imsaħħab u ebda xita prevista,” huma kitbu hekk kif ir-riħ majjistral huwa ta forza 5 b’buffuri ta’ forza 6. “Dan hu fi ftit kliem tt-temp mistenni għal-lum is-Sibt wara li beda jisbaħ.”
“Satellita turi li l-maltemp li kien hawn fin-nofsinhar ta’ Malta mexa lejn il-lvant,” huma komplew jgħidu. Ħafna fil-kummenti esprimew id-dizappunt lejn dawn ix-xahrejn tant xotti.
Facebook / Aġġornament tat-temp