Valerie Vella llum tiċċelebra għeluq sninha, proprju jum biss wara l-kollega tagħha ta’ Kikkra Te Mireille Bonello. Jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien nistgħu ngħidu li lil Valerie dejjem nafuha l-istess.
Hi preżentat bosta programmi lokali u anke ħaditna barra minn xtutna bil-programmi tagħha. Rajnieha tippreżenta l-Malta Eurovision Song Contest u kellha wkoll ix-xorti li tippreżenta l-Junior Eurovision Song Contest.
Il-kollega tagħha Marco Calleja qallha, “Awguri għażiża. Grazzi ta’ kollox.” Aħna ningħaqdu ma’ Marco u nawguraw lil Valerie l-isbaħ xewqat f’isem it-tim ta’ Gwida.mt. Nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b’dak li tixtieq qalbha.
iCam