Vera Li T-Tipjip Inaqqas Iċ-Ċans Li Wieħed Jieħu L-Covid-19?

Aktar evidenza qed turi li min ipejjep huwa f’inqas riskju li taqbdu l-Covid-19! Studju ta’ 90,000 pazjent infettat fil-Messiku juri li l-adulti dipendenti fuq is-sigaretti għandhom 23% inqas ċans li jaqbdu l-virus.

Ix-xjentisti analizzaw dejta minn kważi 90,000 pazjent u sabu li dawk li jpejpu kienu 23% inqas fiċ-ċans li jieħdu l-virus meta mqabblu ma’ dawk li ma jpejpux li jiġu dijanjostikati bil-Covid-19. It-tim sab ukoll li min ipejjep u ġie nfettat probabbli ma kienx qed ikollu bżonn kura intensiva, jitwaħħal ma’ ventilatur jew imut.

Is-sejbiet jappoġġjaw it-teorija li dawk li jpejpu huma b’xi mod protetti mill-Covid-19, b’dejta mill-Gran Brittanja, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Italja kollha jissuġġerixxu l-istess. Ix-xjentisti qed jibdew jemmnu li n-nikotina tista’ tkun kapaċi timblokka l-Coronavirus milli jidħol fiċ-ċelloli, u jipprevjeni l-infezzjoni.

Oħrajn jgħidu li n-nikotina tista’ tikkontrolla s-sistema immuni, u twaqqafha milli tirreaġixxi b’mod eċċessiv perikoluż għall-infezzjoni – fenomenu li nstab li qed joqtol ħafna pazjenti Covid-19.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ma taqbilx primarjament ma’ dan l-istudju u temmen li għad hemm bżonn aktar u aktar riċerka. Ara x’qed jgħidu HAWN.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI