Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Vince Bar li tinsab ir-Rabat, inkitbet l-aħbar li wasal it-tmiem ta’ dan il-vjaġġ li ħoloq tant sens ta’ komunità.
Fuq il-paġna spjegaw, “Wara 20 sena mill-isbaħ… inħabbru bi gratitudni u qlub imnikkta, li se jingħalqu l-bibien ta’ Vince Bar.”
Żiedu jgħidu, “Nixtiequ nestendu l-gratitudni tagħna lil kull wieħed u waħda minnkom… dawk li tawna l-appoġġ matul dan il-vjaġġ. Jekk dħaltu darba għandna jew ilkom magħna mill-ewwel ġurnata, is-sapport tagħkom ifisser kollox għalina.”
Komplew jiktbu, “Mill-qalb nerġgħu nirringrazzjawkom għal dawn l-għoxrin sena ta’ mħabba, lealtà, u komunità. Aħna nibqgħu grati għal dejjem.”
Nirringrazzjawhom tas-servizz tagħhom u nawgurawlhom għall-futur!
Facebook / Vince Bar