Ilbieraħ iċċelebrajna Jum l-IVF, u l-kantanta Graziana Hili tkellmet dwar l-importanza ta’ dan il-jum u kemm ifisser għal ħafna.
“Wara 5 snin ta’ stennija, tama, u talb, l-IVF tatna l-aktar rigal prezzjuż — it-tifel tagħna, Giuseppe,” hi kitbet.
“Fil-Jum Dinji tal-IVF, niċċelebraw il-miraklu tagħna u nesprimu l-akbar gratitudni tagħna lit-tim inkredibbli fil-klinika Hope ta’ Malta.”
“Lit-tobba speċjalment it-tabiba Christine Schembri Deguara u l-ġinekologa Nicky Felice, l-embrijologi Olga Maliuta, l-infermiera Annalisa Falzon Cascun u Roberta Tonna u t-tim kollu fil-klinika Hope, u kull persuna li appoġġjatna — grazzi għall-ħila tagħkom, il-qalb tajba tagħkom, u t-twemmin tagħkom fil-ħolma tagħna.”
“Intom mhux biss għentuni biex noħolqu tarbija — għentuni biex noħolqu familja.”
Facebook / Graziana Hili