Il-preżentatriċi, ġurnalista u kantanta Maria Muscat, magħrufa aħjar bħala La Barokka, hi rikonoxxuta ħafna għall-pariri li tħobb tikteb fuq il-midja soċjali. Din id-darba xtaqet tagħmel kuraġġ lil dawk li jbatu minn xi għemil ħażin.
“Qabel ma kontx nifhem u kont ukoll nweġġa’ ħafna meta nara ċerti nies jaħdmu kontrija jew jagħmluli l-ħsara minkejja li nipprova nagħmel il-ġid u ngħid il-verità,” bdiet hi.
“Illum wara ħafna uġigħ ta’ qalb fhimt ħafna… għax min hu bniedem qarrieqi u jaħdem bil-ħażen qatt ma jista’ jkun favurik. Qed ngħid dan il-messaġġ biex nagħti kuraġġ lil nies ta’ rieda tajba li fis-skiet ibatu minn għemil ħażin għax jagħmlu l-ġid. Ibqgħu sodi.”
Taqbel ma’ dak li kitbet Maria? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Maria La Barokka Muscat