Wara Ġimgħat U Xhur Ta’ Stennija, Fl-Aħħar Wasal Il-Jum Tant Mistenni – Il-Finali Ta’ Brillanti Singers 2025

Mijiet kienu dawk li applikaw, kollha bit-tama li jirbħu total ta’ €30,000 biex ikomplu jkabbru u jrawmu t-talent tagħhom fil-qasam tal-kant. Wara xhur ta’ sfidi, emozzjonijiet u mumenti ta’ tensjoni, tħabbru s-6 finalisti, kollha b’xewqa komuni – li jkunu r-rebbieħ jew ir-rebbieħa ta’ din l-edizzjoni prestiġġjuża.

Il-finalisti huma sitta!Sitta b’talent straordinarju – kollha jistħoqqilhom li jiġu ċċelebrati!



  • Mariah Mangion, studenta tal-liġi fit-tieni sena, b’karizma unika;
  • Joe Romano, awtur, kompożitur u kantant Naplitan distintiv;
  • Ethan Pawley, avukat b’passjoni kbira għall-kant;
  • Gianluca Cilia, il-ġuvni li daħal f’qalb il-pubbliku bħala l-Artful Dodger fil-produzzjoni Maltija ta’ Oliver;
  • Mireille McKay, l-iżgħar finalista, tfajla ta’ 13-il sena fuq l-ispettru tal-awtiżmu,
  • Maxine Borg, iż-żagħżugħa li ftit snin ilu rebħet il-Golden Buzzer f’Britain’s Got Talent.



Il-ġurija, magħmula minn Nate Morrison, Sarah Harrison, Verdiana, u Greta Manuzi, ser ikollha biċċa xogħol iebsa biex tiddeċiedi min ser jitħabbar bħala r-rebbieħ jew ir-rebbieħa ta’ dan il-konkors tant maħbub u segwit minn eluf ta’ telespettaturi Maltin u Għawdxin.

Ħejju ruħkom għal spettaklu eċċezzjonali li se jittella’ minn ġewwa Teatru Manoel, fil-Belt Valletta. Kif qal Joseph Chetcuti stess: Inwiegħdukom emozzjonijiet kbar u sorpriżi mhux mistennija, għaliex għandna sitt finalisti li t-talent tagħhom huwa tassew uniku u spettakolari! Ħafna jafu jkantaw, ftit huma tassew bravi – iżda wieħed jew waħda biss se jkun il-Brillanti. Min se jirbaħ? Inkunu nafu flimkien, il-lejla!”

Brillanti Singers 2025 – Illum L-Erbgħa, 28 ta’ Mejju 2025. Ir-red carpet jibda fit-20:00 u l-ispettaklu jibda fit-20:30. Lesti?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI