F’kumment fuq il-mezzi soċjali, mara weriet il-gratitudni tagħha lejn uffiċjali tal-pulizija li wara li għaddiet “mill-iżjed episodju trawmatiku” ta’ ħajjitha, sabet lilhom li għenuha terġa’ tħossha sigura mill-ġdid.
“Bis-saħħa tal-attenzjoni u l-professjonaliżmu li wrew il-każ tiegħi ġie riżolt u issa nista’ nkompli nibni ħajti mill-ġdid,” saħqet din il-persuna li fissret kif wara li sfat vittma ta’ vjolenza domestika ħassitha beżgħana u ma kinitx taf x’se tagħmel.
“Kienu hemm biex jisimgħuni, jemmnuni u jatuni l-protezzjoni li kelli bżonn,” temmet tikteb din il-persuna.
Prosit lill-Pulizija ta’ Malta!
Ritratti: Facebook / The Malta Police Force u Legal Expert