Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People, mara bgħatet ritratt tagħha nnifisha u żvelat il-ħsibijiet tagħha bħala infermiera.
Hi kitbet: “Qed naraw wisq tbatija. Mhux se tmur malajr. Wara li jgħaddi l-Covid se nibqgħu nsofru fis-skiet dak li rajna u esperjenzajna. Kemm hi iebsa tara dak l-anzjan jiġġieled għan-nifs. Kemm hi iebsa tispiċċa tkeffnu. Qalbek toħroġ. Dispjaċir immens li hawn min jiġi jaqa’ u jqum mir-regolamenti.”
Fir-ritratt tagħha jidher kull tip ta’ lbies protett. Apparti l-għeja li jsofru l-frontliners, wieħed ma jridx jinsa l-isfidi mentali u memorji ħorox tal-pandemija li se jibqgħu jiftakru fihom matul ħajjithom kollha.
Facebook/Malta, News, Photos and People