Wara Li Wieħed Ikun Infettat Bil-Covid-19 Is-Sistema Immunitarja Qed Ikollha Rispons Aktar B'Saħħtu Għall-Virus

Ix-xjentisti sabu evidenza qawwija li nies li jirkupraw mill-Covid ikollhom difiża ħafna aktar mgħaġġla u effettiva kontra l-infezzjoni jekk jerġgħu jiltaqgħu mal-virus.

Riċerkaturi fl-Università Rockefeller fi New York sabu li s-sistema immunitarja mhux biss ftakret il-virus iżda tejbet il-kwalità ta’ antikorpi protettivi wara li għaddiet infezzjoni, billi tgħammar lill-ġisem biex joħroġ attakk mgħaġġel u qawwi jekk il-virus invada t-tieni darba.

Mhuwiex ċar kemm tista’ ddum il-memorja tas-sistema immunitarja, iżda potenzjalment jista’ jkun hemm protezzjoni għal snin sħaħ. L-iskoperta tista’ tispjega għaliex infezzjonijiet mill-ġdid ivverifikati s’issa huma pjuttost rari.

Xjentist spjega li n-nies li ġew infettati, sa sitt xhur wara nstab li fil-memorja taċ-ċelluli B jkun hemm antikorpu li jinnewtralizzaw il-virus qabel dan jerġa’ jattakka. Ma jafux kemm din il-protezzjoni ddum iżda jista’ jkun li ż-żmien ikun verament twil.

Din hija aħbar tajba għal kulħadd li kien marid bil-coronavirus. Is-sistema tal-bniedem qisha armata li toqgħod lura meta tispiċċa t-theddida, iżda tibqa’ ppreparata għal invażjoni futura.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI