Il-pjattaforma ta’ Puttinu Cares ittella’ din l-aħbar sabiħa dwar il-fejqan ta’ Mona mill-battalja kiefra li kellha għal dawn l-aħħar sentejn.
“Wara sentejn ta’ kuraġġ fil-Ward tar-Rainbow f’taqbida kontra l-leukemia, Mona ċċempel il-qanpiena! Hija toħroġ mill-ward bħala gwerriera qalbiena. Il-kuraġġ tagħha dawwal l-iktar jiem mudlama u t-tbissima tagħha ma waqfet qatt. Kburin ħafna bik Mona, tant għażiża u ċajtiera. Għalina inti ġellieda, mimlija spirtu u inspirazzjoni. Nawguralek ħajja mimmlija saħħa, ferħ u nixtiequ li l-ħolm tiegħek isir realtà!”
Il-kuraġġ ta’ Mona hu xhieda ta’ qalb b’saħħitha li ma taqta’ qalbha qatt, anke fil-mumenti l-aktar diffiċli. Minkejja l-uġigħ u l-inċertezza, hija affrontat kull mument iebes b’tbissima. L-ispirtu tagħha hu ta’ ispirazzjoni għal kulħadd — ċkejkna b’qalb ta’ eroj.