Żgur li għadkom tiftakru lil Raya, il-kelba li tant serqet qlub. Raya ilha għal ħafna żmien tirċievi appoġġ kontinwu u ħarsien minn Lelio Spiteri flimkien mal-iskola kollha. Illum qasam aħbar tajba!
"Wara tant stennija, issa Raya għandha s-sieq artifiċjali li ser tgħinha timxi, tiġri u taqbeż aħjar. Raya li ġabet tant ferħ fost il-komunità tal-iskola tagħna u saret maħbuba minn ħafna u ħafna persuni."
Lelio lil kull min ikkontribwixxa biex Raya seta' jkollha din is-sieq. "Raya tħobbkom ħafna," jagħlaq il-messaġġ.