Id-direttur u attur Jason Zerafa għadu kif żvela li fil-jiem li ġejjin se jkun qed iħabbar proġett ġdid li ilu żmien twil jaħdem fuqu “mingħajr waqfien”.
Zerafa, magħruf bħala l-moħħ ewlieni wara produzzjonijiet ta’ suċċess bħal Division 7, Jackpot 4 kif ukoll Mejta Biex Ngħix, ilu jagħti x’jifhem fuq il-mezzi soċjali li qiegħed jaħdem fuq proġett ġdid.
Fil-fatt, f’Settembru li għadda kien wera entużjażmu kbir sabiex jara din l-istorja tieħu l-ħajja hekk kif saħaq li anke waqt li qed jiktibha l-istorja qed tqabbdu l-bard “aħseb u ara”.
Prosit, Jason!
Ritratti: Facebook / Jason Zerafa