Chris Bonello, il-pulizija li kien weġġa’ serjament f’aċċident f’Diċembru 2024 sakemm kien qed joħroġ tyre mill-vettura tiegħu biex jibdel puncture u persuna li kienet qed issuq vettura oħra daħlet fih, iħalli dan il-messaġġ sabiħ u ta’ ringrazzjament minn fuq il-paġna tiegħu,
“Wara xhur ta’ sfidi u progress, illum wasal iż-żmien li nerġa’ nirritorna d-dar mill-Isptar Karin Grech. Dħalt f’dan l-isptar bla bilanċ u bla l-abbiltà nimxi, iżda llum qiegħed nieħu l-ewwel passi tiegħi lura fil-ħajja .. bil-bastun, iva, imma b’ħafna aktar tama u kuraġġ.Nixtieq nirringrazzja min qalbi lil kull min kien miegħi f’din il-mixja: l-infermiera, it-tobba, il-konsulenti, u t-terapisti kollha li tawni mhux biss il-kura li kelli bżonn, imma wkoll kuraġġ, kelma ta’ tama, u ġid ta’ qalb matul kull ġurnata. Intom verament nies speċjali.
Grazzi wkoll lill-familja tiegħi kollha, li dejjem kienu hemm għalija bil-preżenza tagħhom, is-sapport, u l-imħabba bla qies. Ma kontx nasal s’hawn mingħajrkom kontinwament miegħi.U grazzi kbira lis-sħabi kollha li saqsew għalija, bagħtuli kelma ta’ kuraġġ, jew sempliċement tawni l-motivazzjoni biex nibqa’ nħares ‘il quddien. Tafu kemm ifisser għalija l-appoġġ tagħkom.Illum, b’qalbi mimlija speranza, qed nerġa’ nagħmel l-ewwel passi tiegħi. Grazzi lilkom ilkoll.”