Il-preżentatur lokali Wayne Aquilina, li hu wkoll is-sindku tal-Kalkara, jaqsam filmat tal-għażiż ibnu f'għeluq sninu u jawguralu l-isbaħ xewqat.
Fil-filmat hu juża kliem mill-isbaħ indirizzati għal ibnu, fejn jesprimi kemm hu kburi bih.
Wayne jikteb, "Bl-Ingliż ngħidu, 'jien ixxurtjat li għandi lilek.' Iżda fil-poeżija ngħidu, 'min-nies kollha fid-dinjja, mit-toroq kollha li qbadt, u mil-ħajjiet kollha li stajt ngħix, xi miraklu impossibbli taż-żmien, ippermetta l-istorja tiegħi, tiltaqa' ma' tiegħek. Jekk inqtta' ħajti nfittex kelma aqwa minn 'ixxurtjat', xorta ma tkunx biżżejjed biex nesprimi xi tfisser int għalija."
Dean illum jagħlaq 9 snin u f'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ. Nawgurawlu wkoll sena mimlija avventuri, saħħa, hena u paċi f'qalbu.
Awguri Dean!
Facebook/ Wayne Aquilina