Il-voluntiera tal-għaqda Coast is Clear b’qalb sewda kitbu tislima lil ħabib tal-qalb tagħhom fuq il-mezzi soċjali.
Huma kitbu, “Ninsab ixxukkjat u bid-dmugħ f’għajnejja. Għadni kif irċevejt l-aħbar li wieħed mill-bugħaddasa tagħna stess, Dominic Perrin, ħalliena ħabta u sabta. Ħamest ijiem ilu konna flimkien innaddfu l-bajja ta’ San Ġiljan u nieħdu gost flimkien.”
Żiedu jgħidu, “Biss ħamest ijiem ilu kien qed jogħdos għall-aħħar darba magħna waqt li jnaddaf ix-xatt ta’ Malta. Kondoljanzi lill-martu Alison u lil ibnu Nathaniel. Grazzi għall-ħbiberija tiegħek. Strieħ fil-paċi ħabib.”
Nirringrazzjawh għad-dedikazzjoni tiegħu biex jieħu ħsieb il-baħar u x-xatt Malti. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. F’isem Gwida, nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu.
Facebook / Coast is Clear