Dr Georgiana Farrugia Bonnici illum qasmet mas-segwaċi tagħha informazzjoni dwar x’għandu jagħmel wieħed jekk jara tarbija f’diffikultà biex tieħu n-nifs għax tkun qed tifga. L-ewwel pass huwa li iżżomm it-tarbija wiċċha ‘l isfel fuq idek, u ttiha daqqiet fuq daharha għal ħames darbiet. It-tieni pass hu li iddawwar it-tarbija wiċċha ‘l fuq b’rasha iktar ‘l isfel minn għonqha. Wara, b’żewġt iswaba, agħti ħames chest compressions. Jekk it-tarbija għadha mhux qed tieħu nifs, ċempel in-numru tal-emerġenza.
Dr Farrugia Bonnici qalet li anka jekk it-tarbija tiġi salvata mill-ġenitur jew il-gwardjan tagħha. Għandha tittieħed għand tabib biex jiżgura li waqt li kienet qed tiġi megħjuna, ma sofrietx ġrieħi interni.
Ara l-filmat t’hawn taħt għal informazzjoni aktar dettaljata.